Meta: | il-21 ta’ Jannar 2022 |
Fejn: | Virtwalment |
Organizzazzjoni: |
• Il-konsorzju tal-European Language Resource Coordination (ELRC) |
It-Teknoloġija tal-Lingwa qed issawwar il-futur multilingwi tagħna. Diġà qed tbiddel il-mod kif naġixxu ma’ xulxin, il-mod kif nixtru, naħdmu u nivvjaġġaw. Kull ma jmur qed tirriforma l-interazzjoni tagħna mas-servizzi diġitali, sew pubbliċi sew privati. Programmi li jikkoreġu awtomatikament l-iżbalji ortografiċi u jgħinu 'l-kitba sofistikata, assistenti diġitali li jittrasformaw il-vuċijiet tagħna għal messaġġi testwali fuq il-mobiles, bots li jwieġbu s-sejħiet tagħna lill-bank jew lill-organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali tagħna, sistemi li awtomatikament jittraduċu minn lingwa barranija, u ħafna aktar, diġà qed jagħtu potenzjal ġdid lil ħajja tagħna ta’ kuljum, lin-negozji tagħna u lill-amministrazzjonijiet tagħna. Iżda s-soluzzjonijiet eżistenti, jippermettulna nużaw il-lingwa tagħna b’mod sħiħ fl-interazzjonijiet diġitali kollha tagħna? U l-lingwa tagħna hija appoġġjata b’mod xieraq u lesta li żżomm il-pass mal-avvanzi teknoloġiċi tal-era tal-Intelliġenza Artifiċjali?
It-tielet seminar Malti tal-European Language Resource Coordination (ELRC) se jindirizza dawn il-mistoqsijiet u se jfittex li jinvolvi lill-parteċipanti f’diskussjoni produttiva dwar il-qagħda u l-prospetti tat-Teknoloġija tal-Lingwa għall-Malti. L-iżviluppaturi, l-integraturi u l-utenti tat-Teknoloġija tal-Lingwa, kemm mis-settur privat kif ukoll mis-settur pubbliku, se jaqsmu l-esperjenzi, ir-rekwiżiti u l-modi għat-trasformazzjoni tal-interazzjoni diġitali fl-Ewropa multilingwi tagħna mat-Teknoloġiji tal-Lingwa. Fl-aħħar nett, se niddiskutu kif id-data lingwistika, jiġifieri t-testi u d-diskors, jistgħu jixprunaw l-iżvilupp fl-Intelliġenza Artifiċjali.
Is-seminar tal-ELRC huwa bla ħlas, iżda r-reġistrazzjoni hija meħtieġa. Idħol hawn.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzaturi tas-seminar:
-
Donatienne Spiteri, Unità tal-Leġiżlazzjoni, l-Uffiċju tal-Avukat tal-Istat, Malta (donatienne.spiteri@stateadvocate.mt; 0356 79734608)
-
Mike Rosner, l-Università ta' Malta (mike.rosner@um.edu.mt)
-
Mark Vella, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta (mark.vella@ec.europa.eu)
Programm
09:00 – 09:10 | Merħba u introduzzjoni Dr Donatienne Spiteri, Unità tal-Leġiżlazzjoni - l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-ELRC għas-Servizz Pubbliku |
09:10 – 09:30 | Merħba mill-Kummissjoni Ewropea Philippe Gelin, Kap tas-Settur Multilingwiżmu, DG CONNECT - il-Kummissjoni Ewropea |
09:30 – 10:00 | Il-potenzjal tat-Teknoloġija tal-Lingwa u l-Intelliġenza Artifiċjali – fejn ninsabu, fejn għandna naslu Dr Albert Gatt, l-Università ta’ Utrecht u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, l-Università ta’ Malta |
10:00 – 10:30 | It-Teknoloġiji tal-Lingwa f’Malta għall-Malti Dr Claudia Borg, Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali - l-Università ta’ Malta |
10:30 – 10:45 | Pawża għall-kafè |
10:45 – 11:15 | Il-pjattaforma eTranslation: ħarsa ġenerali u wiri prattiku • Christopher Scott, Lingwista Komputazzjonali, Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DGT) - il-Kummissjoni Ewropea • Mark Vella, Uffiċjal għal-Lingwa - ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta |
11:15 – 11:45 | Teknoloġiji tal-Lingwa minn u għas-settur pubbliku: ħarsa lejn il-Pjattaforma Nazzjonali ġdida għat-Teknoloġiji tal-Lingwa (National Language Technology Platform) [INEA/CEF/ICT/A2020/2278398] • Tom Eric Hanson, Development Project Manager - Tilde • Keith Cortis, Enterprise Architect - Malta Information Technology Agency (MITA) |
11:45 – 12:30 |
Teknoloġiji tal-Lingwa mfassla għall-bniedem għall-amministrazzjoni pubblika, l-SMEs u ċ-ċittadini: prattiki u sfidi eżistenti - Diskussjoni Moderaturi: Mike Rosner, Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali - l-Università ta’ Malta Dr Judie Attard, Enterprise Data Manager - Malta Information Technology Agency (MITA) Membri tal-panel: • Carlo Stivala, Kap Eżekuttiv - FITA (Foundation for IT Accessibility) |
12:30 - 12:45 | Konklużjonijiet Is-Sa Joyce Dimech, Segretarju Permanenti – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali |